Uffiċjali Ukreni qed jitolbu lis-Soċjetà Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar biex twettaq missjoni u żżur ħabs fin-naħa tal-lvant tal-pajjiż, li hija okkupata mir-Russja.
Dan il-ħabs huwa magħruf għall-istat ħażin li jinsab fih.
Iċ-Chief of Staff tal-President Ukren, talab lir-Red Cross biex iżżur il-ħabs ta’ Olenivka, f’Donetsk, sa mhux iktar tard minn tlett ijiem oħra.
Fuq Twitter, kiteb li ma nistgħux naħlu iżjed żmien għaliex hemm il-ħajjiet umani fin-nofs.
Ix-xahar li għadda, ir-Red Cross ippruvat tassigura aċċess għall-kamp iżda qalet li ma tħallietx mill-awtoritajiet Russi.
Il-ħabs Olenivka ilu taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi mill-elfejn u erbatax u l-kundizzjonijiet huma ħżiena ħafna.
Din mhix l-ewwel darba li l-Ukrajna għamlet pressjoni lil organizzazzonijiet internazzjonali biex jinvestigaw x’qed jiġri f’dan il-ħabs.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI