L-Ukrajna qed tinsisti li ssir laqgħa mar-Russja flimkien ma’ membri oħra ewlenija li jagħmlu parti mill-grupp tas-sigurtà Ewropew b’rabta mat-tensjonijiet li qed ikomplu jikbru fuq il-fruntieri tagħha.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dmytro Kuleba, qal li r-Russja ma tatx każ dwar talbiet li saru qabel iżda li l-pass li jmiss hu li ssir laqgħa f’inqas minn 48 siegħa għat-trasparenza dwar il-pjan tar-Russja. Ir-Russja ċaħdet li qed tippjana biex tinvadi l-Ukrajna minkejja ż-żieda ta’ mitt elf suldat mal-fruntieri tal-Ukrajna.