L-Ukrajna hija r-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest għal din is-sena 2022 li ttella’ f’Turin.
Dan hekk kif permezz tal-kanzunetta Stefania kantata mill-grupp mużikali Kalush Orchestra, l-Ukrajna rebħet proprju il-Eurovision ta’ din is-sena.
Fit-tieni post ikklassifika r-Renju Unit permezz tal-kanzunetta SPACE MAN kantata minn Sam Ryder, bit-tielet post kklassifikat Spanja bil-kanzunetta SloMo kantata minn Chanel.
L-Ukrajna ħadet sehem 17-il darba fil-Eurovision Song Contest minn meta ħadet sehem għall-ewwel darba fl-2003.
L-Ukrajna rebħet il-Eurovision darbtejn, darba fl-2004 permezz tal-kanzunetta ‘Wild Dances’ kantata minn Ruslana u fl-2016 permezz tal-kanzunetta ‘1944’ kantata minn Jamala, b’din tkun it-tielet rebħa.
Intant inizjalment l-Ukrajna kienet se tipparteċipa b’kanzunetta u kantanta oħra, b’’Shadows of Forgotten Ancestors’ kantata minn Alina Pash iżda wara li ħareġ li l-kantanta kienet ivvjaġġat fil-passat lejn il-Krimea, bil-ħsieb li kissret il-liġi u ma vvjaġġatx mill-Ukrajna, fost affarijiet oħrajn fejn ġie ffalsifikat ċertifikat. Minn hemm intgħażlet il-kanzunetta ‘Stefania’.
Ritratt: EBU