Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ukren qal illi fl-aħħar ħin il-forzi tal-ajru waqqa’ missila li kienet immirata lejn il-kapitali Kyiv minn ajruplan Russu li telaq mill-Belarus.
Intant, in-Nazzjonijiet Magħquda ikkonfermat li 64 Ukreni nqatlu filwaqt li 240 persuna ċivili oħra ndarbu mindu r-Russja invadiet l-Ukrajna.
Madankollu, in-Nazzjonijiet Magħquda temmen li n-numru reali ta’ nies maqtula huwa akbar, hekk kif għad iridu jiġu kkonfermati aktar rapporti dwar il-vittmi li qed tħalli l-invażjoni Russa.
ARA WKOLL: