It-truppi Ukreni ħadu mill-ġdid taħt idejhom territorji f’reġjuni li b’mod illegali, wara referendum, ir-Russja qalet li huma tagħha.
Il-midja internazzjonali qed tirraporta kif l-Ukreni qed javanzaw fin-nofshinar tal-pajjiż u b’suċċess qed jieħdu fil-kontroll artijiet oħra.
Il-President Ukren qal kif reġjuni żgħar oħra ġew illiberati u reġgħu ġew f’idejn l-Ukrajna.
Fl-indirizz li jwassal ta’ kuljum, Zelensky qal kif l-attakki mir-Russi għadhom u se jibqgħu għaddejjin.
Ir-Russi ikkonfermaw l-avvanzi tal-Ukreni f’bosta żoni.