Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, ikkonferma li bdiet il-kontro-offensiva biex jiġu lliberati l-partijiet ta’ pajjiżu li bħalissa huma okkupati mir-Russja.
Irrappurtat dan il-midja internazzjonali, li qalet li, f’diskors li għamel, Zelensky qal li l-kontro-offensiva li kienet tant mistennija u li fl-aħħar ġimgħat saret analiżi kbira fuqha, qed isseħħ bħalissa.
Il-President Ukren qal ukoll, iżda, li mhux se jagħti aktar dettalji dwarha u f’liema stadju waslet.
It-truppi Ukreni avaznaw fil-Lvant tal-pajjiż, f’żoni li kienu ttieħdu bil-forza mir-Russi, fosthom Bakhmut.
Huma qed jużaw armi li jwasslu fit-tul.
Zelensky żied jgħid li t-truppi Ukreni huma ottimisti.
Intant, anke l-President Russu Vladimir Putin qal din il-kontro-offensiva mill-Ukrajna kontra t-truppi tiegħu issa bdiet.