Wara r-rebħa tagħhom fil-Eurovision Song Contest, nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju l-istazzjon Nazzjonali tal-Ukrajna UA:PBC ser jibda d-diskussjonijiet mal-European Broadcasting Union (EBU) dwar kif jistgħu jospitaw il-Eurovision fl-2023.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/18213230/UKRAINE_6-1024x576.jpg)
Fil-Belt Ukrena ta’ Lviv, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-kap tal-istazzjon għamilha ċara li hu u l-kollegi tiegħu ser jagħmlu dak kollu li huwa possibli biex jospitaw dan il-festival. Intqal li min-naħa tagħha, d-delegazzjoni Ukrena għall-Eurovision ser tibda bil-preparazzjonijiet għall-Eurovision tas-sena d-dieħla b’mod immedjat ukoll. Filwaqt li rringrazzja u rrikonoxxa li pajjiżi oħra diġa’ waslu messaġġ li lesti jospitaw u jorganiżżaw il-Eurovision Song Contest, f’każ li l-Ukrajna ma tasalx, għal darb’oħra huwa sostna u jitama li l-Eurovision ikun imtella’ f’pajjiżu, f’Ukrajna mibni mill-ġdid u b’saħħitha.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/18213304/EUROVISION_UKRAINE-1024x512.jpg)