Il-forzi armati Ukreni ħabbru mill-24 ta’ Frar sal-lum inqatlu 9,000 suldat Russu. Dan in-numru huwa kkwotat mill-President Ukren Volodymyr Zelesnsky.
L-Ukrajna ħabbret ukoll li fl-attakki tagħha hija kissret 217-il tank, 30 ajruplan, 31 ħelikopter u 274 vettura.
Intant, fl-aħħar sigħat ir-Russja, għall-ewwel darba ħabbret in-numru ta’ suldati li mietu waqt il-battalja mal-Ukreni, li jammontaw 498. Numru ferm iżgħar minn dak li ħabbret l-Ukrajna.
Ara wkoll: Ministru Russu jqabbel l-Amerika ma’ Hitler