L-uffiċjali militari tal-Ukrajna sostnew li t-truppi tagħhom reġgħu ħadu f’idejhom villaġġ ieħor fix-Xlokk tal-pajjiż, żona okkupata mill-forzi tar-Russja.
Fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali Telegram, il-Viċi Ministru tad-Difiża Ukren, Hanna Maliar kitbet li l-bandiera tal-Ukrajna għal darb’oħra, qiegħda tperper fuq il-villaġġ ta’ Storozhov. Il-Ministru bassret ukoll li l-art Ukranjana kollha se tiġi lliberata.
L-uffiċjal Ukreni qalu li dan huwa r-raba’ villaġġ fil-parti t’isfel ta’ Velika Novosilke, speċifikament fi Vremivka ledge (parti kkontrollata mir-Russja li tisporġi fit-territorju miżmum mill-Ukrajina) li ġie liberat f’dawn il-jumejn.
Il-Ministeru tad-Difiża Russa għadu ma kkonfermax li t-truppi Russi rtiraw mill-villaġġi, iżda bloggers militari rrokonexxew it-telf tal-kontroll li r-Russja għandha fuqhom.
Rappurtaġġ: Nicole Sciberras Balbi