L-Ukrajna bdiet tfakkar it-tletin anniversarju mid-diżastru nukleari f’Chernobyl.
Sireni ssemmgħu fl-istess ħin li seħħet l-ewwel splużjoni fl-impjant, fis-siegħa bikrin tas-26 t’April 1986.
Il-qraba tal-vittmi attendew vġili bix-xemgħat f’diversi knejjes, fosthom fil-kapitali Kiev u fil-villaġġ Slavutych, li kien inbena għall-ħaddiema li kienu jgħixu viċin tal-impjant.
Iktar tard matul il-jum, il-President Petro Poroshenko se jattendi ċerimonja viċin is-sit. Id-diżastru li seħħ fl-impjant ta’ Chernobyl jibqa l-agħar diżastru nukleari fl-istorja