In-negozjati bejn l-Ukrajna u l-Istati Uniti fl-Arabja Sawdija ħallew il-frott. Dan hekk kif l-Ukrajna aċċettat il-proposta tal-Istati Uniti li jkun hemm waqfien mill-ġlied għal 30 jum.
Dan il-qbil ġie wara li l-laqgħa taħraq, ftit tal-jiem ilu, bejn il-President Anerikan Donald Trump u l-President Ukren Volodymr Zelensky fil-White House.
Dwar dan il-ftehim, il-President Amerikan Donald Trump qal li se jitkellem mal-President Russu Vladimir Putin. Qal ukoll li issa huwa kollox f’idejn ir-Russja sabiex taċċetta din il-proposta.
Din l-aħbar ġiet milqugħa mill-komunità internazzjonali. Bil-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li dan huwa żvilupp pożittiv.
Il-Prim Ministru Brittaniku Keir Starmer u l-President Franċiż Emmanuel Macron sostnew li dan huwa mument importanti biex għal paċi fl-Ukrajna.
Dwar din l-aħbar irreaġixxa wkoll il-Prim Ministru Malti Robert Abela.