Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren ikkritika lill-President Franċiż Emmanuel Macron wara li stqarr li l-President Russu Vladimir Putin m’għandux jiġi umiljat fuq l-invażjoni Ukrena.
Macron qal li hu kruċjali li l-President Russu jingħata triq ‘il barra mis-sitwazzjoni li daħal fiha li hu sejjaħ kien żball fundamentali. Iżda Dmytro Kuleba qal li jkun aħjar għall-alleati li jiffukaw fuq kif se jpoġġu lir-Russja f’postha għaliex umiljat lilha nnifisha.
Kemm-il darba ġie rrapportat li Macron tkellem ma’ Putin fuq telefown b’tentattiv li jwaqqaf il-ġlied.