L-Ukrajna qiegħda taħżen l-iġsma ta’ suldati Russi f’ferrovija sabiex ikunu jistgħu jintbagħtu lura r-Russja għand il-familji tagħhom.
Dawn is-suldati nġabru mir-reġjun ta’ Kyiv u min-numru ta’ bliet oħra ‘il barra mill-kapitali.
Filwaqt li m’hemmx numru preċiż tal-ammont ta’ truppi Russi li nqatlu matul din il-gwerra, il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li s’issa mietu 27,000 suldat.
Il-Ministru għall-Intern Ukren qal li hemm iktar minn 250 suldat mejjet li huma jinsabu f’munzelli f’karozzi iżda allega li r-Russja mhijiex tiġbor u tieħu ħsieb ta’ dawn l-iġsma.