L-Ukrajna qalet li se tadotta status newtrali, li hija waħda mit-talbiet ewlenin li qed tagħmel id-delegazzjoni Russa, bil-patt u l-kundizzjoni li l-Ukrajna jkollha garanizja ta’ sigurtà.
L-istatus newtrali jkun ifisser li l-Ukrajna ma tingħaqadx mal-ebda alleanza militari bħan-NATO, jew li tospita bażijiet militari.
L-Ukrajna kienet ġiet offruta biex tingħaqad man-NATO, proposta li r-Russja qed topponi bil-qawwa.
Il-proposti jinkludu wkoll perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ 15-il sena dwar l-istatus tal-Krimea, li dawn jidħlu fis-seħħ biss f’każ ta’ waqfien mill-ġlied kompletament.
Fiż-żmien li ġej jafikun hemm laqgħa bejn Volodymyr Zelensky u Vladimir Putin, madanakollu r-Russja għad trid tati risposta.