Konsulent għall-Presiden tal-Ukrajna ċaħad it-talba tal-President Russu Vladimir Putin biex iż-żewġ naħat jerġgħu jiltaqgħu mal-mejda tan-negozjati.
Mykhailo Podolyak qal li ma hemm l-ebda skop biex isiru taħdidiet ma’ dawk li qed ixerdu d-demm. Fil-fatt, saħaq li l-unika possibiltà li jerġgħu jibdew bin-negozjar huwa meta r-Russja jkollha president ġdid.
Ilbieraħ, Putin ħeġġeġ l-Ukrajna biex tieqaf mill-ostilità u terġa’ lura għal fuq il-mejda tan-negozjati. Huwa għadda dan l-appell waqt li ħabbar iż-żieda tal-erba’ reġjuni Ukreni mat-teritorju Russu, fil-fatt huwa ddikjara li l-popolazzjoni f’dawk l-erba’ reġjuni bħala ċittadini Russi.