2 dgħajjes u 6 karozzi kienu maqbuda fost il-11,450 kilogrammi (11.45 tunnellata) kannabis u 5 kilogrammi kokaina, 50,300,000 sigaretti tal-kuntrabandu u 147.25 kilogramm tabakk, 48,000,000 oġġett foloz jew li huma imitazzjoni.
Fost l-oġġetti maqbuda mill-uffiċjali tad-Dwana kien hemm żewġ dgħajjes u sitt karozzi.
L-istatistika ppubbilikata mid-Dwana turi li matul dan il-perjodu nqabdu kważi 11,500 kilogramma kannabis u ħames kilogrammi kokaina. Inqabdu wkoll aktar minn 50 miljun sigarett tal-kuntrabandu u 48 miljun oġġett falz jew imitazzjoni.