Fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri qal li l-uffiċjali Maltin li fl-aħħar jiem ħadu sehem f’operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ fil-Libja, jinsabu kollha qawwijin u sħaħ u bħalissa qed jivvjaġġaw lura lejn Malta fuq il-lanċa P61 tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Reference is made to some reports in the #Libya press and online. I am informed that all the Maltese rescue personnel are safe and sound, heading back to #Malta.
— Byron Camilleri (@byroncamilleri) September 16, 2023
Dan wara li rapporti fil-midja Libjana qalu li miet ħaddiem tas-salvataġġ Malti waqt din il-missjoni.
Dawn ir-rapporti ġew miċħuda mill-Ministru Camilleri, li kiteb kif it-tlieta u sebgħin uffiċjal Malti kollha jinsabu fi triqthom lura lejn Malta.