L-uffiċjal Maltija tal-Hockey, Justine Pace Gasan kienet involuta fil-kampjonat ta’ taħt il-21 sena tal-EuroHockey li sar f’Terrassa fi Spanja.
Pace Gasan kellha tliet rwoli differenti tul dan il-kampjonat meta serviet bħala timing judge, scoring judge u anke uffiċjal tekniku. Hi kienet responsabbli li żżomm il-ħin b’mod korrett u anke tniżżel l-iskorers, is-sostituzzjonijiet u xi karti li jiġu murija lill-plejers mill-umpires. Barra minn hekk bħala uffiċjal hi kellha rwol li tiċċekkja l-faċilitajiet fejn intlagħab dan il-kampjonat u baqgħet f’diskussjoni kontinwa mal-ġudikanti tal-logħba.
Sadanittant f’dawn il-kampjonati, Spanja rebħu l-kategorija tal-irġiel filwaqt li l-Olanda kisbu suċċess fil-kampjonat tan-nisa.