L-Uffiċċju tal-President għamel rapport mal-Pulizija b’rabta ma’ rapport falz li qed jinxtered onlajn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan hekk kif fl-aħħar jiem, fuq l-internet beda jdur rapport falz imsejjaħ ‘SPECIAL REPORT: President Calls This Maltese Lucky “Economic Support Payment 2.0”’, li qed juża l-immaġini u jikkwota lill-President ta’ Malta George Vella b’mod mill-aktar qarrieq.
L-Uffiċċju tal-President xtaqt jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li dan ir-rapport huwa falz u li l-President qatt ma ta din l-intervista.
Dwar dan ir-rapport, l-Uffiċċju tal-President għamel rapport mat-Taqsima tas-Cyber Crime tal-Pulizija u dan qed jiġi investigat.