L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż iddefenda lill-Konsulent Ingliż Dominic Cummings wara li ġie akkużat li kiser ir-regoli tal-lockdown.
Cummings ivvjaġġa 260 mil lejn residenza tal-familja waqt li kien qed isofri minn sintomi tal-Covid-19.
Il-Pulizija ta’ Durham wissew kif l-azzjoni ta’ Cummings mhix waħda ġusta.
Intant fiċ-Ċina għall-ewwel darba minn meta faqqgħet l-imxija, m’għandhom ebda każi.
Il-Musulmani qed jiġu mwissija biex jiċċelebra Eid al-Fitr mid-dar kawża tal-pandemija.