L-Uffiċċju Meteoroloġiku, fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi li matul il-jum tal-Ħamis, il-gżejjer Maltin se jkunu milquta minn maltemp li se jkun ikkaratterizzat minn xita qalila, ragħad u sajjetti u saħansitra silġ.
L-appell jibqa’ biex wieħed ma joħroġx jekk mhux għal bżonn u biex is-sewwieqa jsuqu b’kawtela.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intant, fi stqarrija l-Malta Public Transport qalet kawża tal-maltemp ħafna mir-rotot qed ikunu affettwati. Hija skużat ruħha għal kull inkonvenjent.
Fuq il-midja soċjali l-LESA wkoll appellat biex kulħadd joqgħod attent u biex wieħed isuq b’iżjed galbu f’dan il-maltemp.