Il-Prim Ministru Joseph Muscat it-Tlieta filgħaxija pparteċipa f’laqgħat informali waqt ikla mal-mexxeja Ewropej.
Dan sabiex flimkien janalizzaw l-eżitu tal-elezzjonijiet ewropoej li saru f’kull pajjiż memvru, u kif ukoll jippjannaw ‘l quddiem il-futur tal-Unjoni Ewropeja filwaqt li jaħdmu fuq il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-karigi għolja fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej.
Fl-aħħar tal-laqgħat il-Prim Ministru Muscat qal li d-diskussjonijiet kienu bbilanċjati filwaqt li ħallew il-frott. Qal ukoll li l-Unjoni Ewropea issa trid tieħu d-deċiżjonijiet imsejsa fuq id-diversità u l-viżjoni tal-Unjoni, bil-għan li tgħaqqad diversi partijiet.