L-Unjoni Ewropea talbet lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jeħilsu lil dawk li qed jinżammu fuq bażi politika b’rabta mal-kwistjoni tal-elezzjoni presidenzjali mbagħbsa.
L-Ewropa wissiet ukoll li qed tippjana sanzjonijiet għal dawk responsabbli ta’ vjolenza, ripressjoni u falsifikazzjoni ta’ riżultati tal-elezzjoni.
It-Tnejn li għadda ġie rrapurtat li l-Kap tal-Oppożizzjoni Maria Kolesnikova ġiet maħtufa minn persuni b’wiċċhom mgħammad.
Kolesnikova hija waħda mit-tliet nisa li ngħaqdu qabel l-elezzjoni presidenzjali ta’ Awwissu li għadda sabiex jisfidaw lil Alexander Lukashenko.