L-Unjoni Ewropea qed titlob li jsiru bidliet mis-siti tal-media Soċjali; Facebook Google u Twitter.
L-Unjoni Ewropea qed titlob li jinbidlu xi affarijiet fit-termini fi żmien xahar. Dan b’rabta privatezza, sigurtà u materjal perikoluż. Jekk dan ma jsirsx, is-sitit tal-media soċjali se jeħlu l-multi. Uffiċċjal tal-Unjoni Ewropea qal li l-Kummissjoni Ewropea se tagħmel minn kollox biex ikunu konformi mar-regoli ewropej.
Regoli maħsuba li jneħħu materjal li hu ta’ periklu immedjatament. Jekk dan ma jsirx jidħlu fis-seħħ il-multi li jlaħħqu l-ħamsin miljun ewro.
Hemm ħafna aspetti li bir-regoli l-ġodda qed ikunu ndirizzati biex jassiguraw is-sigurtà taċ-ċittadini ewropej. Aspetti li għandhom x’jaqsmu ma’ riskji frodi u spams.
Rapporti qed jgħid hemm ħsieb li l-kwistjoni tkun indirizzata kemm jista’ jkun fil-jiem li ġejjin.