L-Unjoni Ewropea rtirat id-deċiżjoni tagħha sabiex temporanjament tħassar parti mill-ftehim dwar il-Brexit fost sensiela ta’ battibekki dwar kunsinji tal-vaċċin tal-Covid.
Din il-parti tal-ftehim kienet tgħid li ser jkun hemm kontrolli fil-fruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq dan minħabba tentattivi li l-Irlanda ta’ Fuq tista’ tintuża biex jgħaddu xi kunsinji tal-vaċċini mill-Ewropea għal kumplament tar-Renju Unit.
Iżda aktar tard il-Kummissjoni Ewropea qalet li se tiżgura li l-Irlanda ta’ Fuq ma tiġix affettwata.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson esprima it-tħassib tiegħu dwar il-pjan f’telefonata mal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen.
Ftit wara Von der Leyen qalet li kien hemm qbil dwar il-prinċipju li m’għandux ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ vaċċini minn kumpaniji fejn qed jonoraw ir-responsabilitajiet kuntrattwali tagħhom.