L-Unjoni Ewropea mhux se tkun qed iżomm taħdidiet informali sakemm ir-Renju Unit ma jiskattax il-proċess biex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ wara laqgħa li saret f’Berlin bejn il-mexxeja tal-Ġermanja, Franza u l-Italja.
Sadanittant fir-Renju Unit kompla d-dibattitu dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea. Proċess li għadu mhux deċiż meta se jibda, imma li qed iġib inċertezza mhux żgħira.
Il-laqgħa saret f’Berlin u preżenti għaliha kien hemm il-President Franċiż Francois Hollande u l-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi. Il-mexxejja sejħu għal rieda iktar qawwija biex tissaħaħ l-Ewropa.