L-Unjoni Ewropea kkundannat bil-qawwa il-vot li ttieħed fil-Parlament Russu li jirrikonoxxi r-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk fl-Ukrajna bħala Indipendenti.
Stqarr dan fuq Twitter il-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Josep Borell.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt, tenna li din id-deċiżjoni hija ksur tal-protokoll ta’ Minsk, il-ftehim ta’ paċi fil-Lvant tal-Ukrajna, li ġie konkluż bejn ir-Russja, l-Ukrajna u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa fl-2014.