Waqt intervista dalgħodu f’ONE Breakfast, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-Awtoritajiet tas-Saħħa Ewropej talbu formalment lil dawk Maltin biex jispjegaw x’għamlu eżatt biex irnexxilhom irażżnu r-rata t’infezzjonijiet u jlaqqmu ħafna nies.
Tenniet li anke meta l-Awtoritajiet Maltin ikunu f’fora internazzjonali, pajjiżi oħra saqsewhom x’għamlu biex irnexxielhom jagħmlu dan kollu, fejn tidħol il-pandemija.
Charmaine Gauci saħqet li l-Awtoritajiet tas-saħħa Maltin, matul il-pandemija dejjem kienu trasparenti dwar ir-rata ta’ infezzjonijet u anke dwar l-informazzjoni li kienet ħierġa dwar it-tilqim.
B’hekk l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin bnew fiduċja mal-poplu Malti.