L-Unjoni Ewropea qalet li l-instabilità fil-Baħar l-Aħmar se jkollha r-ripersukussjonijiet tagħha fuq l-ekonomija Ewropea.
Dan intqal mill-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ Valdis Dombrovskis, hekk kif din il-kriżi tolqot lill-provvista u anki l-prezz tal-enerġija.
Il-Kummissarju Ewropew qal dan wara li bastiment ta’ kumpanija Griega li għandu bandiera Maltija ntlaqat minn missila mill-grupp Houthi, viċin il-Jemen.
Dawn l-attakki riċenti minn dan il-grupp wassal biex bastimenti internazzjonali tal-kummerċ, fosthom anki dak Ewropej, li qed jevitaw din iż-żona.