L-Unjoni Ewropea qablet sabiex testendi d-data ta’ Brexit bi 3 xhur għal 31 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla.
Ħabbar dan il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk fuq Twitter.
Minkejja din id-data ir-Renju Unit xorta għandu l-għażla li jwettaq Brexit qabel din id-data ġaladarba l-ftehim Brexit jiġi approvat fil-Parlament Ingliż.
Intant illum il-Membri Parlamentari Ingliżi ser ikunu qed jivvutaw fuq proposta ta’ Boris Johnson li ssir elezzjoni ġenerali fit-tnax ta’ Diċembru li ġej.