L-Ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Magħquda telaq ’il barra waqt laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda wara li l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, qal li l-invażjoni Russa fl-Ukrajna qed tikkawża kriżi globali tal-ikel.
Michel irrimarka li r-Russa qed tuża l-provvista tal-ikel bħala arma kontra d-dinja li għadha qed tiżviluppa u tpoġġi lin-nies fil-faqar.
B’reazzjoni għal dan, l-Ambaxxatur Russu Vassily Nebenzia, akkuża lil Michel b’gideb.
L-Ukrajna u r-Russja huma żewġ esportaturi kbar taż-żejt għat-tisjir, qmuħ u anke fertilizzant. In-nuqqas ta’ dawn il-provvisti essenzjali wasslu għal għoli fil-prezzijiet tal-ikel.