L-Unjoni Ewropea se żżid is-sanzjonijiet kontra l-Belarus u dawk li huma qrib il-President Aleksander Lukashenko.
Dan hekk kif kull jum li jgħaddi, il-kriżi tal-immigranti qed tkompli teskala fil-fruntiera bejn il-Belarus u l-Polonja.
Fil-fatt, is-sanzjonijiet jistgħu jolqtu wkoll lil dawk involuti fit-traffikar tal-immigranti mill-Belarus.
L-Unjoni Ewropea qed takkuża lill-Belarus, li qed timbotta l-influss ta’ immigranti lejn il-fruntieri tal-Lvant sabiex timmina s-sigurtà, akkuża li l-Belarus qed tiċħad.
Matul il-jum tat-Tnejn, truppi Pollakki waqqfu mijiet ta’ immigranti milli jaqsmu lejn il-Polonja.
L-immigranti jinsabu maqbuda bejn gwardjani Pollakki u dawk tal-Belarus.