F’Ġunju li ġej l-Unjoni Ewropea mistennija tippubblika l-ewwel opinjoni tagħha dwar it-talba tal-Ukrajna biex tissieħeb fl-Unjoni.
Dan tħabbar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Jum l-Ewropa, ilbieraħ.
Intant, ilbieraħ il-Gvern Ukren issottometta t-tieni parti tal-applikazzjoni sabiex il-pajjiż isir Stat membru tal-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern Ukren qal li se jaħdem sabiex ikun hemm deċiżjoni pożittiva mill-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni biex pajjiż jitqies bħala kandidat għas-sħubija fl-UE jeħduha l-mexxejja tal-Istati membri tal-Unjoni waqt is-Summit tal-Kunsill Ewropew f’Ġunju, fuq parir tal-Kummissjoni Ewropea.