Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji proċeduri legali kontra l-fornituri tal-vaċċin tal-AstraZeneca.
Il-Kummissjoni Ewrioea tkellmet dwar din il-kwistjoni f’laqgħa mal-ambaxxaturi l-Erbgħa, fejn il-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej qalu li se jappoġġjaw lill-Kummissjoni b’rabta ma’ ilmenti li kien hemm wara li l-fornituri tal-vaċċin AstraZeneca ma żammewx mal-ftehim dwar l-ammont ta’ vaċċini li kellhom jagħtu.
Dan il-pass jaf iwassal biex b’hekk tiġi mandatorja li l-AstraZeneca tipprovdi l-kunsinji li ġew imwiegħda fil-kuntratt mal-Unjoni Ewropea.
Ilbieraħ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal kif Malta flimkien ma’ pajjiżi oħra Ewropej, fetħu kawża fil-konfront tal-kumpanija AstraZeneca li mhux tonora l-obbligi tagħha b’rabta mal-produzzjoni tal-vaċċin.
Madankollu Chris Fearne sostna li Malta għandha biżżejjed dożi tal-vaċċin biex ir-rata ta’ tilqim tibqa’ għaddejja b’mod b’saħħtu.