L-Unjoni Ewropea ħabbret sett ta’ miżuri sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Din il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li telimina l-emmissjonijiet tal-karbonju sal-2050.
Matul il-jum tal-Erbgħa tħabbru numru ta’ miżuri li għad iridu jiġu approvati mis-27 tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Parlament tal-UE.
Dawn jinkludu fost oħrajn pjanijiet dwar taxxa tal-fjuwil tal-ajruplani kif ukoll tipprojbixxi b’mod effettiv il-bejgħ ta’ karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel fi żmien 20 sena.
Dawn il-miżuri x’aktarx jgħollu l-kontijiet tal-enerġija kif ukoll iżidu l-ispejjeż għat-titjiriet fl-Unjoni Ewropea. Madanakollu, se tkun disponibbli għajnuna finanzjara sabiex ċittadini Ewropej jinstallaw insulazzjoni kif ukoll bidliet oħra li tnaqqas il-konsum tal-enerġija fi djarhom.
Intant, dan il-pjan qed iqajjem kemxejn oppożizzjoni b’mod speċjali minn industriji tal-linji tal-ajru u l-manifatturi tal-vetturi.