Qed ikun irrapportat li l-Unjoni Ewropea se tieħu passi legali fil-konfront tar-Renju Unit dwar allegat ksur tal-protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq, wara li feġġew rapporti ta’ kontrolli mal-fruntieri tal-pajjiż. Dan anke wara li kien hemm ftehim ċar bejn iż-żewġ partijiet li wara Brexit mhu se jkun hemm l-ebda xkiel fil-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u r-Renju Unit.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-kontrolli li saru fl-aħħar sigħat mal-fruntiera xekklu l-kummerċ ta’ ikel u riżorsi bżonjużi oħra.
Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qalet li qed tispera li ż-żewġ partijiet jistgħu jsolvu l-kwistjoni mingħajr il-bżonn ta’ azzjoni legali fit-tul, il-passi li ttieħdu diġà mill-Ewropa jistgħu jwasslu biex ir-Renju Unit jispjega u jiddefendi ruħu fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.