L-Unjoni Ewropea se tressaq proposti ġodda għall-protokolli marbuta mal-Irlanda ta’ Fuq wara Brexit. Dan ikkonfermah il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li żied li l-Ewropa qed tittama li dawn iwasslu għal diskussjonijiet intensivi mar-Renju Unit.
Dawn il-protokolli jgħidu fost oħrajn li l-Irlanda ta’ Fuq tibqa’ parti mis-suq waħdieni tal-Ewropa, iżda ħafna qed jargumentaw li dawn jaf jimminaw il-pożizzjoni kostituzzjonali tal-pajjiż bħala parti mir-Renju Unit.