L-Unjoni Ewropea ppubblikat il-pjan ta’ kontinġenza f’każ li ma jkun hemm l-ebda żblokk mar-Renju Unit dwar kif se jsir il-kummerċ wara Brexit. Fost l-oħrajn il-pjan se jassigura l-ivvjaġġar bażiku bl-ajru u fuq l-art bejn ir-Renju Unit u pajjiżi membri, kif ukoll il-possibbiltà li jkun hemm aċċess fl-ibħra taż-żewġ partijiet għas-sajd.
Wara l-aħħar diskussjoni bejn il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ma laħqux ftehim dwar dan, iżda qablu li d-diskussjonijiet għandhom iwasslu għal żblokk sa nhar il-Ħadd li ġej.
Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea f’Jannar li għadda, iżda kien hemm perjodu ta’ tranżizzjoni li se jiskadi fl-aħħar ta’ dan ix-xahar biex jagħti ċans liż-żewġ partijiet jilħqu ftehim dwar il-kummerċ.