Il-Budget li tħabbar illum jindirizza diversi sfidi li qed jaffaċċjaw in-negozji.
Din kienet ir-reazzjoni tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji rigward il-Budget, li ġie deskritt bħala spalla tant meħtieġa għan-negozji u l-ħaddiema.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, Abigail Mamo laqgħet id-diversi għajnuniet tal-Gvern, fosthom l-għajnuniet li jindirizzaw iż-żidiet tal-prezzijiet internazzjonali.
Hija semmiet ukoll is-sussidju li se jagħti l-Gvern fuq faċilitajiet tal-ħażna sabiex in-negozji jkunu jistgħu jixtru bi kwantità ogħla bi prezz irħas.
Mamo sostniet li waħda mill-ikbar sfidi tan-negozji hija n-nuqqas ta’ ħaddiema, li l-Gvern se jkun qiegħed jindirizza billi jinċentiva x-xogħol, u anke jippremja lil dawk li jaħdmu part-time.