L-astroloġista u l-awtur Pauljon qed iwasslilna l-oroskopju għal Jum San Valentinu. Dan l-oroskopju huwa wieħed ġenerali li jagħtik il-gwida romantika u maħdum apposta għal dan il-jum

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodjaku f’San Valentinu għalik Aquarius ser ikun mument u l-waqt opportun sabiex tinduna kemm l-imħabba ta’ madwarna mhiex garantita għal dejjem. Għalhekk San Valentinu ser jerġa’ jagħtik dak iċ-ċans li int tkun kapaċi twettaq aktar għarfien profond ta’ għemilek lejn dik l-imħabba profonda.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodjaku f’San Valentinu għalik Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar fejn eżattament int trid tasal fir-relazzjoni tiegħek u dan minn diversi aspetti li int qiegħed tesperjenza. Pero’ l-aktar aspett importanti huwa sa fejn int se tiftaħ lilek innifsek. Għalhekk San Valentinu ser jagħtik spazju sabiex tgħaraf issib l-aħjar triq.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodjaku f’San Valentinu għalik Aries ser ikun il-mument opportun sabiex trattab lilek innifsek fl-imġieba lejn ir-relazzjoni tiegħek. Issa l-waqt għalik sabiex tgħaraf tkun aktar sensittiv u għalhekk San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans biex twassal imħabbtek aktar lejn dak li int verament tixtieq.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodjaku f’San Valentinu għalik Taurus ser ikun mument tajjeb għal pjan ta’ kif ser ittejjeb l- imħabba tiegħek u dan sabiex int tkun tista’ tgħaraf kif minn issa tista’ tqassam u tippjana aħjar ir-relazzjoni tiegħek. Għalhekk San Valentinu ser jerġa’ jagħtik iċ-ċans li terġa’ tqabbad dik il-fjamma tal-imħabba tant meħtieġa għalikom.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodjaku f’San Valentinu għalik Gemini ser ikun mument ta’ riflessjoni profonda bejn il- passat u l-preżent. L-imħabba, li għal Gemini hi suġġett ftit diffiċili sabiex tkun fl-aġenda tagħhom ta’ kuljum iżda f’San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans tagħmel evalwazzjoni profonda ta’ mħabbtek.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodjaku f’San Valentinu ghalik Cancer ser ikun il-mument ta’ kuraġġ f’dak li int minn issa verament tixtieq twettaq għar-relazzjoni tiegħek. Għalkemm dan jista’ jkun mument xi ftit ikkumplikat San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans li jimlik b’aktar kuraġġ u ispirazzjoni sabiex ix-xewaqt tiegħek isiru realta’.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodjaku f’San Valentinu ghalik Leo ser ikun mument ta’ opportunita’ ta’ tkabbir u stabbilta’ aktar fir-relazzjoni li int għandek. Dan ser ipoġġik f’aktar għaqda minn dak li kellek. Għalhekk San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans li int tkun f’pożizzjoni ta’ aktar stabbilita’ minn dik li qatt bsart.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodjaku f’San Valentinu ghalik Virgo ser ikun żmien ta’ ndikazzjoni ta’ kif għandek taddatta lilek innifsek aħjar fir-relazzjoni tiegħek. Int trid tibda’ tgħaraf aktar kemm hi mportanti l-imħabba u għalhekk San Valentinu ser joffrilek li tgħaraf kemm int tista’ titkattar aktar u l-valur ta’ l-imħabba.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodjaku f’San Valentinu ghalik Libra ser ikun il-mument ta’ ndikazzjoni ta’ kif għandek tibni aktar lilek innifsek u tkun aktar viċin lejn ir-relazzjoni tiegħek u tgħaraf l-importanza tagħha fil-ħajja ta’ madwarek. Għalhekk San Valentinu ser jagħmlek tgħaraf aktar l-għaqda profonda ta’ mħabbtek.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodjaku f’San Valentinu ghalik Scorpio ser ikun dak il-mument ta’ motivazzjoni fl- imħabba ta’ madwarek fejn ser joffrilek l-ispazju sabiex terġa tkabbar dak li tixtieq. Għalhekk San Valentinu ser joffrilek din l-opportunita’ li terġa’ tqabbad dik il-fjamma u turi l-kapaċita li mħabbtek taf toffri.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sat-21 ta’ Diċembru
Iż-żodjaku f’San Valentinu ghalik Sagittraius ser ikun dak il-mument fejn ser ipoġġik fi ħsieb profond sabiex tqawwi aktar lilek innifsek għal dak li int illum qiegħed tesperjenza sabiex żgur ma terġax tirrepeti l-passat. Għalhekk f’San Valentinu ser titkattar u tissaħħaħ aktar minn qatt qabel.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodjaku f’San Valentinu ghalik Capricorn ser ikun ta’ taqbida bejn dak li sarraft fl- imħabba fil-passat għal dak li għandek illum bid- differenza li issa l-pożizzjoni tiegħek hi aktar stabbli minn qatt qabel. Għalhekk San Valentinu ser ikun dak il-mument opportun li l-fjamma ta’ mħabbtek ma tmut qatt.

Dan l-oroskopju ġie provdut minn Paul John. Għal aktar informazzjoni żur https://www.facebook.com/PaulJon13
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI