Dan ir-ritratt juri l-provi li saru hawn Malta għall-kunċert ta’ nhar is-Sibt li ġej fil-Vatikan.
Il-bieraħ l-orkestra Nazzjonali waslet Ruma, fejn kompliet bil-provi flimkien mal-Maestro Brian Schembri. F’Ruma se jkunu qed jinterpertaw il-Missa Solemnis ta’ Beethoven fil-Basilica Papale di San Paolo Fuori Le Mura, flimkien mal-Coro Dell’Accademia Nazjonale di Santa Cecilia.
Dan huwa ritratt tal-ewwel provi f’Ruma flimkien mas-solitsi Jacquelyn Wagner, Eva Vogel, Daniel Kirch u Gerd Grochowski.
Dan huwa l-Coro Dell’Accademia Nazjonale di Santa Cecilia.
Id-dħul għall-kunċert nhar is-Sibt li ġej fis-19:00 huwa b’xejn. Dan filwaqt li hemm presepju Malti armat fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Xogħol l-artist Għawdxi Manwel Grech, huwa l-ewwel presepju fil-Vatikan li sar minn persuni li mhumhiex Taljani.