L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tmur l-Italja aktar tard dan ix-xahar u se ttella’ kunċerti f’żewġ swali prestiġjużi: l-Auditorium Parco della Musica ‘Ennio Morricone’ f’Ruma u fl-Auditorium Manzoni ta’ Bolonja.
Bħala istituzzjoni nazzjonali, b’dan it-tour l-orkestra se tkompli tkun ambaxxatriċi ta’ pajjiżna permezz tar-repertorju tagħha.
l-orkestra se tinterpreta x-xogħol monumentali Double Concerto for violin and cello ta’ Brahms bis-sehem tas-solisti Carmine Lauri (vjolin) u Erica Piccotti (ċello), kif ukoll in-Nutcracker Suite ta’ Tchaikovsky, taħt it-tmexxija tad-Direttur Mużikali Residenti Michael Laus,
L-orkestra se tikkonsisti wkoll minn mużika lokali ta’ tliet kompożituri kontemporanji fosthom; The Forbidden ta’ Reuben Zahra, Mesogeios ta’ Christopher Muscat, bis-sehem ta’ Francesco Sultana jdoqq strumenti tradizzjonali Maltin, u Crux ta’ Josef Bugeja.
Dan it-tour huwa opportunità oħra ta’ esperjenzi mużikali barra minn xtutna għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Aktar minn hekk, it-tour se jkompli juri l-impenn tal-orkestra li tesporta l-kultura ta’ pajjiżna permezz tal-lingwa universali tal-mużika.