Fid-29 ta’ Novembru li ġej, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kunċert fit-Teatru Manoel taħt id-direzzjoni tad-direttur mużikali dinamika Anu Tali.
Il-programm jinkludi Cantus Arcticus, magħruf ukoll bħala Concerto for Birds and Orchestra, mill-kompożitur Finlandiż Rautavaara — silta unika li żżewweġ il-ħsejjes naturali tal-għasafar mal-mużika orkestrali.
Wara, is-solista rinomata Matilda Lloyd, rebbieħa ta’ diversi unuri, se tinterpreta t-Trumpet Concerto ta’ Haydn, magħruf għas-sbuħija melodika u l-karattru tiegħu. Imbagħad ikun imiss is-Symphony No. 3, the Scottish ta’ Mendelssohn, ispirata miż-żjara tal-kompożitur fl-Iskozja.
Dan ix-xogħol jesprimi l-pajsaġġi ħorox u l-istorja rikka tal-pajjiż permezz ta’ temi espressivi u orkestrazzjoni brillanti.
Biljetti mis-sit teatrumanoel.mt.