Fi stqarrija l-Pulizija qalet li sakemm saret il-protesta l-bieraħ filgħodu, l-organizzaturi ta’ din il-protesta ma applikawx għall-permess, kif dejjem rrid isir u kif dejjem sar.
Il-Pulizija kkonfermat, li jumejn qabel il-protesta saret laqgħa bejn il-Pulizija u l-organizzaturi tal-protesta.
Iżda, kuntrarjament għal kif dejjem għamlu, l-organizzaturi din id-darba ma applikawx għall-permess.