L-organizzaturi tal-Olimpjadi f’Tokjo rrappurtaw l-ewwel każ pożittiv ta’ Covid-19, fost l-atleti li se jieħdu sehem.
Dan il-każ ġie rrappurtat mill-villaġġ Olimpiku fejn hemm mal-ħdax-il elf kompetitur għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Olimpjadi.
Din l-edizzjoni diġà ġiet posposta b’sena minħabba l-pandemija, u l-logħob se jsir bla spettaturi.