Rigward l-eżamijiet tal-MATSEC ippjanati li jibdew minn għada, Dr Bonnici qal li saru arranġamenti mal-MATSEC biex l-orali ma jitqisux bħala parti mill-marka finali.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li minħabba ċ-ċirkustanazi straordinarji marbuta mal-Coronavirus, il-Gvern għamel arranġamenti mal-MATSEC sabiex l-eżamijiet ma jqisux il-parti orali meta jiġu għall-marka finali.
Qal li jekk is-sitwazzjoni teskala sa żmien l-eżamijiet tal-kitba, qal li fadal ftit żmien sakemm titieħed id-deċiżjoni ħalli titieħed bl-informazzjoni kollha disponibbli.