Boezju u l-Filosofija.
Kapolavur tal-artisti li nġab f’Malta mill-Kavallieri ta’ San Ġwann.
Issa għat-tgawdija tal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll it-turisiti li jżuruna.
Din il-pittura li issa ħadet postha fil-mużew tal-arti, il-MUŻA tinsab taħt il-kura ta’ Heritage Malta.
La darba jintemm ir-restawr fil-palazz tal-Granmastru, din se tiċċaqlaq għal palazz Maġisterjali.
Heritage Malta bl-għajnuna mil-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, akkwistat din il-pittura tal-kbir Preti, b’valur ta’ madwar miljun u tliet mitt elf ewro.
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Arti tal-Università il-Professur Keith Sciberras fisser il-valur ta’ din il-pittura li issa hija parti mill-kollezzjoni nazzjonali.
“Dan kwadru li ghandu kollox tajjeb gifiri dan għandu suggett sofistikat ħafna, ghandu kwalita għolja ħafna, għandu dimensjoni kbira ħafna, għandu narrative kompożizzjoni sabiħa u għandu provenjenza impekkabli kien fil-palazz tal-granmastru.” Stqarr Sciberras.
Din l-opra li ġiet ikummissjonata mill-Kavallier Fra Andrea di Giovanni fis-seklu 17 turi ukoll teknika fl-arti, suġġett profond, kompożizzjoni eċċellenti u qies impekkabli.
Waqt il-preżentazzjoni ta’ din il-pittura, il-Ministru għall-Kultura u Wirt Nazzjonali Josè Herrera enfasizza l-preġju ta’ din il-pittura.
Il-Ministru Herrera saħaq, “Jekk għandu l-valur artistiku imma għandu l-irbit ma Malta għallura dak itina an added bonus, u dan l-inkwatru partikolari mpitter ġewwa Malta kien ġie ritenut mil-Ordni tal-Kavallieri jew wieħed mil-Kavallieri għal żmien twil. Kien iżejjen il-palazz prinċipali tagħna, għallura ghandu dan l-irbit kollu ma pajjiżna, huwa ħasra huwa dnub li ma nakwistawhx.”