L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar l-għajnuna tal-kirjiet tan-negozji turi kemm l-Oppożizzjoni ma qabditx tarf tal-għajnuna li qed joffri l-Gvern lin-negozji. Qal fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL spjega kif il-Wage Supplement fisser għajnuna kull xahar lin-negozji u s’issa nħarġu aktar minn 350 miljun ewro biex l-ekonomija tal-pajjiż baqgħet għaddejja filwaqt li l-qgħad ma żdiedx.
Qal li f’Diċembru u Jannar, ħarġet l-għajnuna tal-Gvern fuq il-kontijiet tad-dawl tant li tħallsu iktar minn 2 miljun ewro lin-negozji. Fi Frar, se joħorġu l-għajnuniet tal-Gvern fuq il-kirjiet tan-negozji.
Il-PL qal li l-istqarrija tal-lum hija konferma li l-PN ta’ Bernard Grech għadu ma jafx xi tfisser li tmexxi l-ekonomija tal-pajjiż bilgħaqal sabiex in-negozju jibqa’ għaddej fi żmien il-pandemija.
Tenna li hux ta’ b’xejn li fi krizi ekonomika taħt Gvern immexxi mill-PN kellna diżastru ekonomiku. Forsi Bernard Grech għandu jisma’ ftit inqas minn Richard Cachia Caruana u n-nies li fi żmien kriżi għollew il-kontijiet u kellna rekord ta’ għoli tal-ħajja.