Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Enerġija David Agius jew inkompetenti, inkella agħar minn hekk qed ibiddel il-pożizzjoni tal-Oppozizzjoni u jrid lill-Gvern jindaħal fis-suq liberalizzat tal-fuels.
Il-prodott li rrefera għalih ta’ Diesel Advance huwa prodott li jinbiegħ minn kumpanija privata. Xhieda tal-prezz internazzjonali taż-żejt, li skont il-“Weekly Oil Bulletin” ta’ din il-ġimgħa li toħroġ il-Kummissjoni Ewropeja, jindika li l-prezz medju tad-diesel huwa ta’ Eur1.363 kull litru waqt li dak tal-petrol hu ta’ Eur1.467 kull litru.
Il-prezzijiet stabbiliti mill-Enemed ilhom stabbli għal aktar minn ħmistax-il xahar, fejn bl-għaqal tal-kumpanija, għamlet kuntratti fit-tul li qed jagħtu l-frott. Għalkemm bil-hedging mhux dejjem jirnexxielek iżomm il-prezzijiet taħt il-prezz tas-suq, il-Gvern jibqa’ jaħdem biex kif wiegħed, iżomm stabbiltà fil-prezzijiet tal-fuels.
Ara wkoll: http://www.one.com.mt/2018/06/15/ebda-zieda-fil-prezz-tad-diesel-il-pn-irid-iqarraq/