Il-Gvern jinnota li l-Oppożizzjoni qed tagħmel aħbar mill-ispekulazzjoni, anke wara li l-Ministru għat-Turiżmu u ċ-Chairperson tal-Air Malta lbieraħ ikkonfermaw li l-istorja li ġiet ippubblikata mhix minnha.
Il-Ministeru għat-turiżmu spjega li l-ħaddiema tal-Air Malta u l-pubbliku inġenerali jinsabu assigurati li l-Gvern se jkompli jħabbar aħbarijiet relatati mal-Air Malta malli kollox ikun ikkonfermat, hekk kif ġara meta seħħ l-iffirmar tal-MoU, li minnufih ġie ppreżentat fil-Parlament.
Jekk l-Oppożizzjoni verament tixtieq tgħin f’dan il-proċess, u tiġbor ftit kredibbiltà dwar l-Air Malta, għandha żżomm lura mil-logħob partiġġan li jżid l-ispekulazzjoni fuq proċess li għandu l-għan li jagħti bidla pożittiva lil-linja nazzjonali tal-ajru.